22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Jannar 2010 — Georgios Karatzoglou vs Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, aventi kawża tal-AER
(Kawża C-68/09 P) (1)
(“Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Servizz pubbliku - Kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal perijodu mhux determinat - Xoljiment”)
2010/C 134/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Georgios Karatzoglou (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Appellata: Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, aventi kawża tal-AER (rappreżentanti: D. Martin u J. Currall, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li mill-1 ta’ Diċembru 2009 saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008, Karatzoglou vs Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) (T-471/04) — Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament — Ċaħda ta’ rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER li xxolji l-kuntratt tal-appellant bħala membru tal-persunal temporanju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Abbuż ta’ poter — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
G. Karatzoglou huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 82, 04.04.2009
Full & Egal Universal Law Academy