30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Compagnie des bateaux mouches SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Jean-Noël Castanet
(Kawża C-78/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ karattru distintiv)
2010/C 24/29
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Compagnie des bateaux mouches SA (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Jean-Noël Castanet (rappreżentant: J.-P. Sulzer, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tal-10 ta’ Diċembru 2008, Bateaux mouches vs UASI (T-365/06) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Settembru 2006, dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja verbali “BATEAUX MOUCHES” — Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1.) — Interpretazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Nuqqas ta’ karattru distintiv.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 102, 01.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy