5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2010 — Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill, Andreas Herden vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-80/09) (1)
(“Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Reġistrazzjoni rrifjutata - Trade mark verbali Patentconsult - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)
2010/C 148/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill, Andreas Herden (rappreżentant: G. P. Friderichs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008, Mergel et vs UASI (T-335/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja “Patentconsult” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Karattru distintiv ta’ trade mark li tikkonsisti esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
V. Mergel, K. Kampfenkel, B. Bill u A. Herden huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 18/04/2009.
Full & Egal Universal Law Academy