27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Portela — Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-85/09 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Talba għal-kumpens tal-ħsara subita minħabba d-diversi ommissjonijiet tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tad-Direttiva 93/42/KEE - Nuqqas ta’ rabta kawżali bejn l-ommissjonijiet allegati u l-ħsara subita mir-rikorrenti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ termometri diġitali difettużi - Appell manifestament infondat)
2010/C 51/24
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Portela — Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009, Portela vs Il-Kummissjoni (T-137/07), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament infondata fid-dritt, talba intiża, b’mod prinċipali, sabiex il-Kummissjoni tiġi obbligata li taġixxi b’mod konformi mal-Artikolu 14B tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, p. 1), kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, p. 1), billi tordna lill-kumpannija ta’ ċertifikazzjoni TÜV Rheinland Product Safety GmbH, permezz tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tinvoka, favur ir-rikorrenti, l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili prevista fil-punt 6 tal-Anness XI tad-Direttiva 93/42, konkluża mill-imsemmija kumpannija u, jekk l-allegata ħsara subita ma tistax tiġi rimedjata permezz tat-talba prinċipali, sussidjarjament, talba għal kumpens tal-ħsara li r-rikorrenti subiet minħabba d-diversi ommissjonijiet tal-Kummissjoni -
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Portela — Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy