22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2010 — Iride SpA, Iride Energia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-150/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikkjarata kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li għajnuna preċedenti ddikkjarata illegali tiġi rrimborsata - Kompatibbiltà mal-Artikolu 87(1) KE - Żbalji ta’ liġi - Żnaturament tal-argument tar-rikorrenti - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2010/C 134/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Iride SpA, Iride Energia SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola u T. Ubaldi, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Frar 2009, Iride SpA u Iride Energia SpA (T-25/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/941/KE, tat-8 ta’ Novembru 2006, rigward l-għajnuna mill-Istat C 11/06 (ex N 127/05) li r-Repubblika Taljana għandha intenzjoni teżegwixxi favur AEM Torino (ĠU L 366, p. 62) taħt forma ta’ sussidji intiżi li jirrimborsaw l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati fis-settur tal-enerġija, sa fejn, minn naħa, tipprovdi li din hija għajnuna mill-Istat u sa fejn, min-naħa l-oħra, tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni għall-kundizzjoni li AEM Torino tirrimborsa l-għajnuna illegali preċedenti li ngħatat fil-kuntest ta’ skema favur impriżi magħrufa bħala “muniċipalizzati”.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Iride SpA u Iride Energia SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy