23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Roma — l-Italja) — Luigi Ricci (C-286/09), Aduo Pisaneschi (C-287/09) vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
(Kawżi magħquda C-286/09 u 287/09) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Uffiċjali - Pensjoni ta’ rtirar - Kumulu ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni - Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ attività fi ħdan il-Komunitajiet Ewropej - Artikolu 10 KE)
2010/C 288/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Luigi Ricci (C-286/09), Aduo Pisaneschi (C-287/09)
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d’appello di Roma — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17, 39 u 42 KE — Benefiċċji tax-xjuħija — Aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni — Nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ assigurazzjoni taħt is-sistema komuni ta’ assigurazzjoni kontra l-mard tal-Komunitajiet Ewropej
Dispożittiv
L-Artikolu 10 KE, flimkien mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġu kkunsidrati s-snin tax-xogħol li ċittadin tal-Unjoni jkun wettaq ma’ istituzzjoni tal-Unjoni, bħall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, jew ta’ organu tal-Unjoni, bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, sabiex jingħata lok għal dritt għal pensjoni ta’ rtirar taħt is-sistema nazzjonali, kemm jekk il-persuna kkonċernata tirtira kmieni jew jekk tirtira fl-età normali.
(1) ĠU C 233, 26.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy