17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Parma — l-Italja) — Isabella Calestani (C-292/09), Paolo Lunardi (C-293/09) vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma
(Kawżi magħquda C-292/09 u C-293/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)
2010/C 100/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Parma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Isabella Calestani (C-292/09), Paolo Lunardi (C-293/09)
Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Parma — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 B(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjoni mill-provvisti ta’ oġġetti destinati esklużivament għal attività eżentata jew eskluża mid-dritt għat-tnaqqis — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-eżenzjoni
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja), permezz tad-deċiżjonijiet tad-9 u tas-17 ta’ Ġunju 2009, huma manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 233, 26.9.2009
Full & Egal Universal Law Academy