27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil de prud’hommes de Caen — Franza) — Sophie Noël vs SCP Brouard Daude, likwidatur fil-proċedura ta’ stralċ mill-qorti ta’ Pronuptia Boutiques Province SA, Centre de Gestion et d’Étude AGS IDF EST
(Kawża C-333/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Ftehim Internazzjonali fuq id-Drittijiet Ċivili u Politiċi - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Tkeċċija minħabba raġunijiet ekonomiċi - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2010/C 51/27
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil de prud’hommes de Caen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sophie Noël
Konvenuti: SCP Brouard Daude, likwidatur fil-proċedura ta’ stralċ mill-qorti ta’ Pronuptia Boutiques Province SA, Centre de Gestion et d’Étude AGS IDF EST
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil de Prud’hommes de Caen (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Ftehim Internazzjonali fuq id-Drittijiet Ċivili u Politiċi — Tkeċċija minħabba raġunijiet ekonomiċi — Tkeċċija minħabba raġuni personali — Dispożizzjonijiet nazzjonali preżunti kuntrarji għar regoli ċċitati iktar ’il fuq — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi magħmula mill-Conseil de Prud’hommes de Caen permezz tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2009.
(1) ĠU C 256, tal-24.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy