12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Consorci de l’Espai Rural de Gallecs, stabbilit f’Gallecs
(Kawża C-342/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Trade mark figurattiva Gallecs - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi nazzjonali GALLO, GALLO AZEITE NOVO u Azeite Novo kif ukoll tat-trade mark figurattiva Komunitarja GALLO - Rifjut tal-oppożizzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2011/C 80/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA (rappreżentant: B. Braga da Cruz, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Consorci de l’Espai Rural de Gallecs, stabbilit f’Gallecs
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, Victor Guedes-Indústria e Comércio, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (T-151/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali “GALLO”, “GALLO AZEITE NOVO”, “GALLO AZEITE” u tat-trade mark figurattiva Komunitarja “GALLO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 31, kontra d-deċiżjoni R 986/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-16 ta’ Jannar 2008, li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-appellant kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Gallecs”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 35 — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy