16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Mora Kommun — l-Isvezja) — fil-kuntest tal-eżami ta’ lment ippreżentat minn Dan Bengtsson
(Kawża C-344/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal nazzjonali” - Neċessità ta’ kawża u ta’ proċedura intiża sabiex tirriżulta f’deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2011/C 211/09
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Mora Kommun
Partijiet fil-kawża prinċipali
Dan Bengtsson
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE, tat-12 ta’ Lulju 1999, dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (ĠU L 199, p. 59), kif ukoll tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Effetti fuq is-saħħa tar-radjazzjoni elettromanjetika maħruġa mill-bażijiet tat-telekomunikazzjoni u ta’ xandir ta’ data bil-wireless — Livell ta’ referenza previst mir-rakkomandazzjoni
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Mora kommun, Miljö- och hälsoskyddsnämnden (l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2009.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy