23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Lulju 2010 — DSV Road NV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-358/09 P) (1)
(Appell - Kodiċi Doganali - Importazzjoni ta’ disketti mit-Tajlandja - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni)
2010/C 288/25
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: DSV Road NV (rappreżentanti: A. Poelmans u G. Preckler, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Bouyon, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Lulju 2009, DSV Road vs Il-Kummissjoni (T-219/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ April 2007, li tindika lill-awtoritajiet Belġjani li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni fuq disketti mit-Tajlandja huwa ġġustifikat u li l-għoti ta’ remissjoni fuq dawn id-dazji mhuwiex iġġustifikat (Fajl REC 05/02).
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
DSV Road NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 297, 05.12.2009
Full & Egal Universal Law Academy