23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Gennaro Curia vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
(Kawża C-381/09) (1)
(L-ewwel inċiż tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva tal-VAT - Kamp ta’ applikazzjoni - Eżenzjonijiet mill-VAT - Artkolu 13B(d)(1) - Għoti, negozjar u mmaniġġjar ta’ kreditu - Self b’użura - Attività illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali)
2010/C 288/26
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gennaro Curia
Konvenut: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 B(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kpaitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet — Tranżazzjonijiet li jikkonsistu fl-għoti, in-negozjar u l-immaniġġjar tal-kreditu — Attività ta’ min jislef il-flus bl-użura, attività illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożittiv
Peress illi l-attività ta’ self b’użura tikkostitwixxi ksur skont id-dritt penali nazzjonali, hija taqa’, minkejja n-natura illegali tagħha, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima. L-Artikolu 13B(d)(1) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta din l-attività għat-taxxa fuq il-valur miżjud meta l-attività korrispondenti tal-għoti ta’ self ta’ flus b’interessi mhux eċċessivi hija eżenti minn din it-taxxa.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy