19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad — il-Bulgarija) — Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria OOD
(Kawża C-449/09) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti li għandhom din it-trade mark)
2011/C 89/02
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Canon Kabushiki Kaisha
Konvenuta: IPN Bulgaria OOD
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sofiyski gradski sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 flimkien mal-Artikolu 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Importazzjoni parallela ta’ prodotti oriġinali mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-dritt mogħti mit-trade mark — Possibbiltà, għal dan il-proprjetarju, li jipprekludi l-użu, mingħajr il-kunsens tiegħu, fil-kummerċ, ta’ sinjal li huwa identiku għat-trade mark — Dritt tal-proprjetarju li ma huwiex eżawrit.
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel użu fil-kummerċ, mingħajr il-kunsens tiegħu, fiż-Żona Ekonomika Ewropea, ta’ prodotti ta’ oriġni li għandhom din it-trade mark.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy