28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2010 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-451/09 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Prova tal-oriġini Komunitarja ta’ prodotti li nqabdu minn bastiment li huwa proprjetà ta’ kumpannija tad-dritt Grieg - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jaċċettaw dokumenti maħruġa minn Stat terz, minbarra d-dokument T2M)
2010/C 234/29
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia (rappreżentanti: N. Skandamis u E. Perakis, avukati)
Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u B.-R. Killmann, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009, Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-162/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jadottaw id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru, fil-każ inkwistjoni l-awtoritajiet doganali Griegi, li jaċċettaw bħala prova tal-oriġini tal-prodotti tas-sajd li nqabdu minn bastiment Grieg proprjetà tar-rikorrenti, dokumenti maħruġa minn Stat terz, minbarra d-dokument T2M previst mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 30.01.2010.
Full & Egal Universal Law Academy