27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Claude Chartry vs L-Istat tal-Belġju
(Kawża C-457/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 234 KE - Eżami tal-konformità ta’ liġi nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-natura prijoritarja ta’ proċedura inċidentali ta’ stħarriġ ta’ kostituzzjonalità - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Neċessità ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2011/C 252/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Claude Chartry
Konvenuta: L-Istat tal-Belġju
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 UE u 234 KE — Riferiment preliminari obbligatorju quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana mill-qrati nazzjonali fil-każ ta’ preżunzjoni ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali minn liġi nazzjonali — Validità, fil-kuntest tad-dritt Komunitarju, tad-dispożizzjoni li timponi dan ir-riferiment preliminari — Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-drittijiet tad-difiża fin-nuqqas ta’ dritt, għall-qrati ordinarji, li jistħarrġu l-kompatibbiltà tar-regoli nazzjonali mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Preskrizzjoni għall-irkupru ta’ ħlasijiet ta’ taxxa stabbiliti mill-amministrazzjoni fiskali fir-rigward ta’ “profitti ta’ professjoni libera”
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-talba mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju).
(1) ĠU C 37, 13.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy