12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 — Dominio de la Vega, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ambrosio Velasco SA
(Kawża C-459/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Kommunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA - Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni f’parti mit-territorju tal-Unjoni - Evalwazzjoni tax-xebh bejn trade marks - Element dominanti)
2011/C 80/12
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Dominio de la Vega, SL (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell y Martínez, avukati)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Ambrosio Velasco SA (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (Is-Seba’ Awla), tas-16 ta’ Settembru 2009, Dominio de la Vega vs UASI (T-458/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1431/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ambrosio Velasco, SA u Dominio de la Vega, SL
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Dominio de la Vega SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 24, 30.01.2010
Full & Egal Universal Law Academy