12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Immogolf SA vs Administración General del Estado
(Kawża C-487/09) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti - Ġbir tal-kapital - Trasferimenti ta’ titoli - Kapital azzjonarju fil-parti l-kbira kkostitwit minn proprjetà immobbli)
2011/C 80/13
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Immogolf SA
Konvenuta: Dirección General de Tributos de la Consejería de Economia y Hacienda de la Comunidad Autónoma de Murcia
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(a) u 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Projbizzjoni li jkunu ntaxxati l-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għall-kwotazzjoni fil-borża, li jagħmlu disponibbli fis-suq jew li jittrattaw f’siguratjiet — Deroga — Dazju fuq it-trasferiment ta’ titoli — Taxxa nazzjonali li tolqot it-trasferimenti ta’ ishma ta’ kumpannija li tal-inqas 50 % mill-attivi tagħha huwa kompost minn proprjetà immobbli li għandu bħala effett il-kisba tal-kontroll tal-kumpannija mix-xerrej tas-sigurtajiet.
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, u b’mod partikolari l-Artikoli 11(a) u 12(1)(a) tagħha, ma tipprekludix lil leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik prevista fl-Artikolu 108(2) tal-Liġi 24/1988, tat-28 ta’ Lulju 1988, dwar is-suq tat-titoli, kif emendata bil-Liġi 18/91, tas-6 ta’ Ġunju 1991 li, sabiex tipprekludi l-evażjoni fiskali fil-kuntest tat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli permezz tal-intermedju ta’ kumpanniji, tissuġġetta t-trasferimenti ta’ titoli għat-taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali meta dawn it-trasferimenti ta’ titoli jirrappreżentaw partijiet mill-kapital azzjonarju ta’ kumpanniji li l-attiv tagħhom huwa kkostitwit minn tal-inqas 50 % minn proprjetà immobbli u li x-xerrej jikseb wara tali trasferiment pożizzjoni li tippermettilu li jeżerċita l-kontroll tal-entità inkwistjoni, anki f’sitwazzjonijiet fejn, minn naħa, ma hemmx l-intenzjoni li tkun evitata t-taxxa u fejn, min-naħa l-oħra, dawn il-kumpanniji huma għal kollox operattivi u l-proprjetajiet immobbli ma jistgħux ikunu separati mill-attività ekonomika eżerċitata minn dawn il-kumpanniji.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy