23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-498/09 P) (1)
(Appell - Kodiċi Doganali - Remissjoni ta’ dazju doganali - Nuqqas ta’ rkupru a posteriori - Dazji antidumping - Nuqqas ta’ negliġenza manifesta - Kumplessità tal-leġiżlazzjoni - Esperjenza professjonali - Diliġenza tal-operatur - Televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja - Atti li jistgħu jiġu kkontestati)
2010/C 288/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Thomson Sales Europe (rappreżentanti: F. Foucault u F. Goguel, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Bouyon u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tad-29 ta’ Settembru 2009, Thomas Sales Europe vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-225/07 u T-364/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni fuq ir-riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit-talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-ksib tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri — Proċedura relatata mat-talba għal remissjoni ta’ dazju mitluba abbażi tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali kif ukoll dik relatata man-nuqqas ta’ rkupru a posteriori tal-imsemmija dazju abbażi tal-Artikolu 220(2)(b) tal-imsemmi kodiċi — Nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża — Żball ta’ kwalifika ġuridika tal-fatti
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Thomson Sales Europe hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 80, 27.03.2010
Full & Egal Universal Law Academy