16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Wuppertal — il-Ġermanja) — Dieter May vs AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse
(Kawża C-519/09) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard - Ħlas ta’ kumpens fil-każ ta’ mard - Kunċett ta’ ħaddiem - Impjegati ssuġġettati għal-leġiżlazzjoni relattiva għal-leave annwali tal-uffiċjali pubbliċi (‘Dienstordnungsangestellte’))
2011/C 211/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgericht Wuppertal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dieter May
Konvenuta: AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Wuppertal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3), kif ukoll 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) — Dritt għal ħlas ta’ kumpens għal leave annwali li ma ntużax minħabba mard — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2003/88/KE — Impjegati ta’ korpi ta’ sigurtà soċjali li jwettqu kompiti paragunabbli ma’ dawk tas-servizz pubbliku u li huma suġġetti għar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol applikabbli għal uffiċjali (“Dienstordnungsangestellte”)
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “ħaddiem” jinkludi impjegat ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku fil-qasam tas-sigurtà soċjali, suġġett, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna d-dritt tiegħu għal-leave annwali bi ħlas, għar-regoli applikabbli għall-uffiċjali pubbliċi.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy