12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2010 — Vladimir Ivanov vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-532/09 P) (1)
(Appell - Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali - Telf ta’ opportunità ta’ reklutaġġ - Riżerva tal-abbuż ta’ proċedura - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)
2011/C 80/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Vladimir Ivanov (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009, Ivanov vs Il-Kummissjoni (T-166/08) li permezz tiegħu hija ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent għall-ħlas tad-danni li huwa allegatament sofra wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li timpjegah bħala aġent lokali ta’ assistenza amministrattiva u teknika għad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Sofija — Natura awtonoma tar-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali meta mqabbel mar-rikors għal annullament — Riżerva tal-abbuż ta’ proċedura — Possibbiltà ta’ invokazzjoni ex officio ta’ din ir-regola mill-Qorti Ġenerali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
V. Ivanov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy