27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Marzu 2011 — Ir-Repubblika tal-Estonja vs Ir-Repubblika tal-Latvja, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-535/09 P) (1)
(Appell - Zokkor - Id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, ta’ isoglukożju u ta’ fruttożju għall-Istati Membri l-ġodda)
2011/C 252/11
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: L. Uibo, aġent)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Tserepa-Lacombe u E. Randvere, aġenti), ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: K. Drevina u K. Krasovska, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2009, Estonja vs Il-Kummissjoni (T-324/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti li hu intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005, tal-31 ta’ Mejju 2005, dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU 2008, L 330 M, p. 176)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 63, 13.3.2010.
Full & Egal Universal Law Academy