16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/2
Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-8 ta’ Marzu 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Opinjoni 1/09) (1)
(Opinjoni mogħtija taħt l-Artikolu 218(11) TFUE - Abbozz ta’ ftehim - Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi - Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja - Kompatibbiltà ta’ dan l-abbozz mat-trattati)
2011/C 211/03
Lingwa tal-Kawża: il-lingwi kollha
Partijiet
Rikorrent: Il- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Talba għal opinjoni — Kompatibbiltà, mat-Trattat KE, ta’ abbozz ta’ ftehim li joħloq sistema unifikata għas-soluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi — Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja, komposta minn qorti tal-ewwel istanza u qorti tal-appell — Għoti, lil dawn il-qrati, ta’ kompetenza li jiddeċiedu, b’mod partikolari, fuq il-kawżi rigward il-validità u/jew l-applikazzjoni tal-privattivi Komunitarji, marbuta mal-fakultà jew, rispettivament, l-obbligu, għal dawn il-qrati, li jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja domandi preliminari fir-rigward tal-interpretazzjoni tat-Trattat KE jew il-validità u l-interpretazzjoni ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Preġudizzju għall-awtonomija tas-sistema legali Komunitarja u għan-natura primarja tad-dritt Komunitarju?
Dispożittiv
Il-ftehim previst li joħloq sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi (attwalment intitolat “Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja”) ma huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u tat-Trattat FUE.
(1) JO C 220, 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy