Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tat‑22 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju
(Kawża C‑9/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Saħħa pubblika – Direttiva 2004/23/KE – Iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta jew jinnotifika, fit‑terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal‑bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 291).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑31 ta’ Marzu 2004, dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad‑donazzjoni, ksib, ittestjar, ipproċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem, ir-Renju tal Belġju naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy