Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C-12/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/17/KE – Rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (ĠU L 330M, p. 162).
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2006/17.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy