Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja
(Kawża C‑17/09)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Servizzi ta’ rimi ta’ skart bijodegradabbli u veġetali – Għoti mingħajr il-ftuħ ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi”
1. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 92/50) (ara l-punti 15-18)
2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet – Direttiva 89/665 (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 89/665) (ara l-punti 22, 23)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 8 flimkien mat-Titoli III sa VI tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322) - Nuqqas milli jorganizza proċedura formali għall-għoti ta’ kuntratt Ewropew qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt dwar ir-rimi ta’ skart bijodegradabbli u veġetali bejn il-belt ta’ Bonn u kumpannija privata
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 u t-Titoli III sa VI tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat‑18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], peress li l-muniċipalità ta’ Bonn u Müllverwertungsanlage Bonn GmbH allokaw kuntratt pubbliku għal servizzi dwar ir-rimi ta’ skart bijoloġiku u ta’ skart aħdar mingħajr ma organizzaw proċedura għall-għoti b’sejħa għal offerti Ewropea.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy