Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall
(Kawża C‑30/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 96/82/KE – Artikolu 11 – Pjanijiet ta’ emerġenza esterni”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 16)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410), kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 398) - Nuqqas ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni għal ċerti stabbilimenti.
Dispożittiv
1)
Billi ma pprovdietx għall-implementazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-artikolu.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy