Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 – Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-36/09 P)
“Appell – Akkordji – Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol – Kuntratti għal żmien twil ta’ provvista esklużiva ta’ karburanti – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Dritt ta’ xiri mogħti lil ċerti pompi tal-petrol – Kundizzjonijiet għall-provvista minn Repsol – Lista tal-pompi tal-petrol ikkonċernati – Rikors għal annullament – Terminu għal preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza”
1. Rikors għal annullament - Terminu - Bidu tad-dekorrenza - Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni - Parti kkonċernata iktar tard - Nuqqas ta’ effett (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1)) (ara l-punti 37-40)
2. Proċedura – Terminu għal preżentata ta’ rikors – Dekadenza – Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri – Kunċetti li ma jikkonċernawx il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punti 40, 43)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal‑Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (Ir-Raba’ Awla), tal‑14 ta’ Novembru 2008, Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni (T‑45/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/B – 1/38348 – Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li trendi vinkolanti l-impenji li Repsol CPP assumiet, adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81[KE] u 82[KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Transportes Evaristo Molina SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy