Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 – Il-Kummissjoni vs Il-Pajjizi l‑Baxxi
(Kawża C-79/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 13 u 132 – Korpi rregolati mid-dritt pubbliku – Kwalità ta’ awtoritajiet pubbliċi – Attivitajiet – Nuqqas ta’ ssuġġettar – Eżenzjonijiet – Setturi soċjokulturali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni – ‘Ewroreġjuni’ – Promozzjoni tal-mobbiltà professjonali – Provvista ta’ persunal – Oneru tal-prova”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Proċedura prekontenzjuża - Suġġett (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 21-24)
2. Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Eżenzjonijiet (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 132(1)(b), (g) u (i), u 134) (ara l-punti 54, 60-64)
3. Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Persuni taxxabbli - Korpi rregolati mid-dritt pubbliku - Eżenzjoni mit-taxxa għall-attivitajiet eżerċitati bħala awtoritajiet pubbliċi (Direttiva tal‑Kunsill 2006/112, l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 13(1)) (ara l‑punti 79, 82-84, 89, 91-95)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2(1)(ċ), 13, 24(1) u 132 tad‑Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Provvista ta’ persunal fis‑setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u dak soċjokulturali - Promozzjoni tal‑mobbiltà tax-xogħol – Ewroreġjun.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy