Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑120/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 1999/31/KE – Rimi ta’ skart f’landfill – Kunċetti ta’ ‘ħażna taħt l-art’ u ta’ ‘gass tat-terraferma [landfill]’ ta’ ‘eluate’ – Obbligu li jiġu ddeterminati l-livelli mixtieqa li meta jinqabżu jista’ jitqies li s-sit tal-landfill għandu effett ħażin sinjifikattiv fuq il-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst għal dak li jikkonċerna ir-Région Wallonne”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 19)
2. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità ta’ traspożizzjoni kompleta – Ineżistenza f’reġjun ta’ Stat Membru ta’ attività msemmija minn direttiva – Nuqqas ta’ effett – Eċċezzjoni – Motivi ġeografiċi – Kunċett (Artikolu 249(3) KE; Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikolu 2(f)) (ara l-punti 23,24)
3. Ambjent – Skart – Rimi ta’ skart f’landfill – Direttiva 1999/31 (Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikolu 2) (ara l-punti 27-33)
4. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 37)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fil-liġi tal-Wallonne tal-Artikolu 2 (f), (j) u (k) u tal-ittra Ċ tal-punt 4 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 4 p. 228) - Kunċetti ta’ “ħażna taħt l-art”, “gass tat-terraferma [landfill]” u “eluate” – Obbligu li jiġu ddeterminati l-limiti mixtieqa li meta jinqabżu jista’ jitqies li s-sit tal-landfill għandu effett ħażin sinjifikattiv fuq il-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art.
Dispożittiv
1)
Billi ma żgurax it-traspożizzjoni, għal dak li jikkonċerna ir-Région Wallonne, tal-Artikolu 2(f),(j) u (k), kif ukoll tal-ittra Ċ tal-punt 4 tal‑Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy