Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 taʼ April 2012 — Il‑Kummissjoni vs Ċipru
(Kawża C‑125/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE — Drittijiet ta’ passaġġ — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previstˮ
Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Neċessità ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttivi 2002/20 u 2002/21 — Obbligu tal-Istati Membri li jiggarantixxu l-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika abbażi ta’ proċeduri trasparenti, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, Artikolu 4(1), u 2002/21, Artikolu 11(1)) (ara l-punti 41 u 42, u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadruˮ [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349) — Ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoniˮ) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Għoti u awtorizzazzjoni ta’ drittijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti riżorsi fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata lil impriża awtorizzata sabiex tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.
Dispożittiv
1)
Billi ma ggarantietx l-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika abbażi ta’ proċeduri trasparenti, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadruˮ [Qafas]), u skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoniˮ), ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-direttivi.
2)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy