Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑170/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/60/KE – Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 6)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑26 ta’ Ottubru 2005, dwar il prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy