Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs L‑Isvezja
(Kawża C‑185/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/24/KE – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d‑Direttiva 2002/58/KE, ir-Renju tal-Isvezja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy