Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit
(Kawża C‑186/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/113/KE – Ugwaljanza bejn irġiel u nisa – Aċċess għal u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst f’dak li jikkonċerna lil Ġibiltà”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (ĠU L 153M, p. 294).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l‑provvista ta’ merkanzija u servizzi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l‑Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy