Sentenza tal‑Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal‑10 ta’ Diċembru 2009 – Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit
(Kawża C‑187/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/40/KE – Kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur – Traspożizzjoni inkompleta”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑17 ta’ Mejju 2006, dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d‑Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, p. 12).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2006/40/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑17 ta’ Mejju 2006, dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id‑direttiva.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall‑ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy