Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 – Il‑Kummissjoni vs Ċipru
(Kawża C‑251/09)
“Kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet – Settur tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet – Direttiva 93/38/KEE – Avviż ta’ kuntratt – Kriterji ta’ għoti – Trattament ugwali tal-offerenti – Prinċipju ta’ trasparenza – Direttiva 92/13/KEE – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Obbligu li tiġi motivata deċiżjoni li teskludi lil offerent”
1. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet - Direttiva 93/38 - Għoti ta’ kuntratti - Prinċipju ta’ trattament ugwali tal-offerenti - Portata (Direttiva tal-Kunsill 93/38, Artikolu 4(2) (ara l-punti 38-40)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni - Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas - Preżunzjonijiet – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 46, 47)
3. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttivi 89/665 u 92/13 - Obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu proċedura ta’ reviżjoni (Direttivi tal-Kunsill 89/665 u 92/13, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 56-58)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 4(2) u 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194) - Ksur tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) - Obbligu li tiġi motivata deċiżjoni li teskludi lil offerent - Obbligu li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet meħuda minn entitajiet kontraenti jistgħu jiġu mistħarrġa b’mod effettiv u fl-iqsar żmien possibbli - Prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy