Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C-258/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/1/KE – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Nuqqas ta’ transpożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 23)
Suġġett
Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu, fir-Reġjun tal-Wallonie, mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) – Impjanti eżistenti li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u fuq it-tniġġis.
Dispożittiv
1)
Billi awtorizza, fir-Reġjun tal-Wallonie, it-tħaddim ta’ impjanti eżistenti mhux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, u dan minkejja l-iskadenza tat-terminu tat-30 ta’ Ottubru 2007, hekk kif inhu previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy