Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2010 – Il-Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C-294/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/43/KE – Verifiki tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet ikkonsolidati – Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)
2. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva – Inammissibbiltà fil-każ ta’ rekwiżit espress ta’ riferiment għad-direttiva (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE) (ara l-punt 17)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87).
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx fit-terminu previst il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern intiżi sabiex jiżguraw din il-konformità, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 53 tal-imsemmija direttiva.
2) L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy