Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑295/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/43/KE – Dritt tal-kumpanniji – Verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il‑miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/43/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal‑Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy