Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑302/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia – Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – Irkupru”
1. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Kundizzjonijiet - Implementazzjoni ta’ proċedura li tiżgura eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 88(2) KE u 249 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 35, 36, 38)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna illegali – Motivi ta’ difiża - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Diffikultajiet ta’ eżekuzzjoni - Obbligu tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru li jikkollaboraw fis-sejba ta’ soluzzjoni li tosserva t-Trattat (Artikoli 10 KE u 88(2) KE) (ara l-punti 40-42)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Adozzjoni mill-qorti nazzjonali tal-miżuri ta’ sospensjoni provviżorji - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 45-47)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Obbligu - Obbligu ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Proċeduri leġiżlattivi, intiżi sabiex jiżguraw l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottati tard - Ksur tal-obbligu (Artikoli 88(2) KE u 249 KE) (ara l-punti 53-55)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali [notifikata bin-Nru C(1999)4268], (ĠU L 150, p. 50).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy