Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C-303/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna favur impriżi li jwettqu investimenti fil-komuni milquta serjament minn diżastri naturali fis-sena 2002 – Irkupru”
1. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligi tal-Istati Membri - Obbligu ta’ rkupru - Portata (Artikoli 88(2) KE u 249 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, premessa 13 u Artikolu 14(3); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/315, Artikolu 5(3)) (ara l-punti 29-31, 41)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna tal-Istat - Deċiżjoni li timponi l-irkupru ta’ għajuna illegali - Eċċezzjonijiet - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni - Diffikultajiet ta’ eżekuzzjoni - Obbligu tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru li jikkollaboraw fis-sejba ta’ soluzzjoni li tosserva t-Trattat (Artikoli 88(2) KE u 249 KE) (ara l-punti 33-38)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors quddiem il-qorti nazzjonali kontra miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni – Kontestazzjoni inċidentali tal-legalità ta’ din id-deċiżjoni - Għoti minn din il-qorti ta’ miżuri ta’ sospensjoni provviżorji - Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikolu 88(2) KE; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/315) (ara l-punti 45, 46)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/315/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Italja favur impriżi li jwettqu investimenti fil-komuni milquta serjament minn diżastri naturali fis-sena 2002 [innotifikata bin-numru C(2004) 3893], (ĠU L 100, p 46).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna kollha mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/315/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Italja favur impriżi li jwettqu investimenti fil-komuni milquta serjament minn diżastri naturali fis-sena 2002, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy