Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija
(Kawża C‑330/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/43/KE – Dritt tal-kumpanniji – Verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħhu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il‑verifiki statutorji tal‑kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d‑Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad‑Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal‑kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy