Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C-340/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 1999/22/KE – Artikolu 4(2) sa (5) – Żamma ta’ annimali selvaġġi – Żoo”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru tal-Kummissjoni - Preżentazzjoni ta’ punti ta’ fatt li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Oneru tal-konfutazzjoni fuq l-Istat Membru konvenut (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 36-38)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 39)
3. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 1999/22, Artikolu 4(2) sa (5)) (ara l-punti 43-45)
4. Proċedura - Spejjeż - Rinunzja għall-atti ġġustifikata mill-atteġġament tal-parti l-oħra (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 69(5)) (ara l-punti 46, 49, 50)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE, tad-29 ta’ Marzu 1999, dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 140).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji fir-rigward taż-żoojiet li huma s-suġġett tar-rikors preżenti, li jinsabu fil-Komunitajiet awtonomi ta’ Aragón, tal-Asturias, tal-Baleares, tal-Canarias, ta’ Cantabria, ta’ Castilla y León, ta’ Extremadura u ta’ Galicia, fil-qasam ta’ spezzjonijiet, ta’ ħruġ ta’ liċenzji u, jekk meħtieġ, ta’ għeluq ta’ dawn l-istabbilimenti skont l-Artikolu 4(2) sa (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE, tad-29 ta’ Marzu 1999, dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy