Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs Malta
(Kawża C-351/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2000/60/KE – Artikoli 8 u 15 – Stat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni – Stabbiliment u implementazzjoni ta’ programmi għall-monitoraġġ – Ommissjoni – Preżentazzjoni ta’ rapporti sommarji fuq dawn il-programmi għall-monitoraġġ – Ommissjoni”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60, Artikolu 8(1) u (2), u Artikolu 15(2)) (ara l-punti 26-28)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) - Obbligu li jiġu stabbiliti u li jsiru operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilma tal-wiċċ - Obbligu li jiġu ppreżentati rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ.
Dispożittiv
1)
Billi naqset, l-ewwel nett, milli tistabbilixxi u tagħmel operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u, it-tieni nett, billi naqset milli tippreżenta r-rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 15 tal-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy