Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑363/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/414/KEE – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Protezzjoni tad-data”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414) (ara l-punti 16-19)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 11, p. 332) - Data li takkumpanja l-applikazzjoni - Użu u protezzjoni tad-data - Kunfidenzjalità.
Dispożittiv
1)
Billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 38 tal-liġi Nru 43/2002, dwar il-protezzjoni tal-pjanti (ley 43/2002 de sanidad vegetal), tal-20 ta’ Novembru 2002, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjez.
Full & Egal Universal Law Academy