Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 – Il‑Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-378/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/337/KEE – L-ewwel sat-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt ta’ azzjoni kontra deċiżjonijiet dwar l-ambjent – Nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35, Artikolu 10a) (ara l-punti 12-15)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) u d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċeduri deċiżjonali dwar l-ambjent.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-ewwel, mat-tieni u mat-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva
2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy