Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑435/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/337/KEE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Kriterji ta’ għażla – Determinazzjoni tal-limiti – Daqs tal-proġett”
1. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Sottomissjoni għal evalwazzjoni ta’ proġetti fil-klassijiet imsemmija fl-Anness II - Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri - Limiti - Iffissar ta’ livelli li jieħdu inkunsiderazzjoni biss id-daqs tal-proġetti, bl-esklużjoni tal-kriterji l-oħra stabbiliti fl-Anness III - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Livelli ffissati f’livell partikolarment baxx - Nuqqas ta’ effett (Direttiva tal-Kunsill Nru 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikoli 2(1), u 4(2) u (3), u Annessi II u III) (ara l-punti 48-55, 60, 61)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Oneru tal-Kummissjoni - Traspożizzjoni insuffiċjenti jew inadegwata ta’ direttiva - Obbligu li jiġu stabbiliti l-effetti reali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni - Assenza (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 59)
3. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Possibbiltà għal Stat Membru li juża proċedura alternattiva - Kundizzjonijiet (Direttiva tal-Kunsill Nru 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 2(1) u (2)) (ara l-punt 62)
4. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Obbligu għall-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-evalwazzjoni qabel l-awtorizazzjoni - Proġetti dwar il-passaġġi navigabbli u l-portijiet ta’ navigazzjoni interna - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi livell espress f’numru ta’ bastimenti u mhux f’tunnellati - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 4(1), u Anness I, punt 8(a)) (ara l-punti 82, 83)
5. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Obbligu għall-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-evalwazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni - Proġetti dwar installazzjonijiet industrijali ddestinati għall-produzzjoni ta’ polpa tal-karta - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi livell minimu ta’ 500 tunnellata biex tirrendi obbligatorju l-istudju tal-effetti - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikoli 2(1) u 4(1), u Anness I, punt 18(a)) (ara l-punti 86-88)
6. Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337 - Proġetti li jistgħu jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tistabbilixxix l-obbligu li tiġi kkomunikata lil Stat Membru ieħor l-informazzjoni dwar in-natura tad-deċiżjoni li tista’ tittieħed - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 90-93)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni inkorretta u inkompleta tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KEE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) – Artikolu 4(2) u (3) flimkien mal-Annessi II u III (Komunità ta’ Vlaanderen), Artikolu 4(1) flimkien mal-Punti 8(a) u 18(a) tal-Anness I, u l-Artikolu 7(1)(b) (Reġjun tal-Wallonie) u Artikolu 4(2) u (3), flimkien mal-Annessi II u III (Reġjun Brussell-Kapitali) – Limiti u kriterji.
Dispożittiv
1)
Peress illi ma ġewx adottati l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni korretta jew kompleta:
-
fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun ta’ Vlaanderen, tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, moqri flimkien mal-Annessi II u III ta’ din id-direttiva;
-
fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun tal-Wallonie, tal-Artikolu 4(1) moqri flimkien mal-Punti 8(a) u 18(a) tal-Anness I tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, u,
-
fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Reġjun Brussell-Kapitali, tal-Artikolu 4(2) u (3) moqri flimkien mal-Annessi II u III tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u tal-Anness III tagħha fih innifsu,
ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy