Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C-454/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna favur New Interline SpA – Irkupru”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat - Obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mogħtija - Terminu ta’ rkupru (Artikoli 88(2) KE, 226 KE u 249 KE) (ara l-punti 34, 37)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna li fallew - Iskrizzjoni tal-għajnuna fl-iskeda tal-passiv sabiex is-sitwazzjoni preċedenti tiġi stabbilita mill-ġdid (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 35, 36)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat - Eċċezzjonijiet - Kontestazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni - Inammissibbiltà - Limiti - Att ineżistenti (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE, Artikoli 226 KE, 227 KE, 230 KE u 232 KE) (ara l-punt 41)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline (notifikata taħt id-dokument numru C (2008) 1321).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tiżgura l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/697/KE, tas-16 ta’ April 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 734/06) mogħtija mill-Italja lil New Interline, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE kif ukoll taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy