Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 – Territorio Histórico de Vizcaya – Disputación Foral de Vizcaya et vs Il‑Kummissjoni
(Kawżi magħquda C-471/09 P sa C-473/09 P)
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat implementati minn Spanja favur impriżi mill-provinċji ta’ Vizcaya, ta’ Álava u ta’ Guipúzcoa – Kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-ammont tal-investimenti – Aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Nuqqas ta’ notifika”
1. Appell - Aggravji - Kontestazzjoni, li tirriproduċi motivi u argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni li din il-qorti għamlet tad-dritt tal-Unjoni - Ammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 55, 56, 58)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE - Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji - Protezzjoni - Kundizzjonijiet u limiti - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni għal perijodu relattivament twil - Assenza ta’ aspettattivi leġittimi (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 64, 65, 68, 75-77)
3. Proċedura - Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura - Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti - Obbligi ta’ min iressaq it-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64(3)(d), u (4)) (ara l-punti 85, 88)
4. Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tordna miżuri istruttorji - Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 66(1)) (ara l-punt 89)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fil-globalità tagħha - Ammissibbiltà (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 98, 99)
6. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Assenza (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 100, 104)
7. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna - Possibbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali li jitolbu lill-Kummissjoni li teskludi għajnuna individwali mill-obbligu ta’ rkupru (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 101, 102)
8. Proċedura - Intervent - Rikors intiż li jsostni t-talbiet ta’ waħda mill-partijiet - Rikors li għandu lmenti speċifiċi imma li ma jbiddilx il-kuntest tat-tilwima - Ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40) (ara l-punti 117-119)
9. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, minħabba li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni, matul perijodu relattivament twil - Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba - Assenza (Artikoli 87 KE u 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 126, 127, 129, 130, 134, 135)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza [li issa saret il-“Qorti Ġenerali”] (Il-Ħames Awla Estiża), tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava u Gobierno Vasco et vs Il-Kummissjoni (T‑227/01 sa T‑229/01, T‑265/01, T‑266/01 u T‑270/01), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-Kawżi T‑227/01 u T‑265/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/820/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Álava f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1), fil-Kawżi T‑228/01 u T‑266/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/27/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Vizcaya f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2003, L 17, p. 1), u, fil-Kawżi T‑229/01 u T‑270/01, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/894/KE, tal-11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja favur impriżi mill-provinċja ta’ Guipúzcoa f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal-investimenti (ĠU 2002, L 314, p. 26).
Dispożittiv
1)
L-appelli prinċipali u l-appelli inċidentali huma miċħuda.
2)
It-Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Álava – Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa – Diputación Foral de Guipúzcoa, il-Camara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Vizcaya, il-Cámara Oficial de Comercio e Industria de Álava u l-Cámara Oficial de Comercio, Industria y Navegación de Guipúzcoa huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-appelli preżenti.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy