Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C-478/09)
“Amalgamazzjoni jew diviżjoni ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata – Rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkazżjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy