Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑500/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Servizzi postali – Direttiva 97/67/KE – Restrizzjonijiet nazzjonali – Impriżi ta’ kunsinna espressa – Sistema nazzjonali ta’ liċenzji”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 17-20)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).
Dispożittiv
1)
Billi kompliet tapplika d-Digriet Ministerjali Nru A1/44351/3608, tat-12 ta’ Ottubru 2005, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 9(1) u (2) tagħha.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy